Min mhux sejjer il-festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun se jiżbalja bil-kbir
Illejla se tkun qed terġa’ tittella’ l-attività kbira u popolari u mlaqqma’ ‘world famous’ mill-attur ċelebri Russell Crowe fuq il-midja soċjali tiegħu, bl-isem ta’ Ħamrun Chocolate Festival. Tkellimna mas-Sindku Chris Sammut mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.
x’se tkun it-tema ta’ din is-sena? Is-sena l-oħra esperjenza t-tema Beauty and the Beast fejn spikkaw xeni relatati ma’ din l-istorja
Primarjament dan il-festival għandu l-isem ta’ Ħamrun Chocolate Festival. L-attrazzjoni prinċipali tas-sena l-oħra kien Johnny Walker, attrazzjoni li għadha ferm popolari sal-lum.
Din is-sena se jkun hemm żewġ attrazzjonijiet prinċipali li huma l-karattru ta’ Maximus mill-film Gladiator, karattru popolari interpretat mill-attur, daqstant popolari Russell Crowe. It-tieni attrazzjoni li hemm lesta, hija dik tal-karattru popolari Mickey Mouse, li din is-sena qed jagħlaq il-100 sena tiegħu. Filfatt lil Mickey se naraw libes bl-aktar mod klassiku, shorts aħmar u ingwanti bojod.
2. X’se naraw differenti din is-sena wara li dan il-festival baqa’ jsir b’mod konsistenti?
Din hija it-tlettax-il edizzjoni ta’ dan il-festival. Kull sena dejjem ikollna l-opportunita li naraw dik ix-xi ħaġa differenti, però it-tema tibqa dejjem l-istess, iċ-ċikkulata. Matul il-festival dak li jkun se jkollu l-opportunita’ li jiskopri diversi togħmiet differenti. Primarjament din is-sena wieħed ser ikollu l-opportunita li jkun jaf aktar fuq Modica, li huma ukoll jorganizzaw il-festival taċ-ċikkulata tagħhom. Minn ChocoModica wieħed se jkun jista’ jkun jaf aktar fuq il-ħidma taċ-ċikkulata li jipproduċu huma u kif ukoll li jduq din iċ-ċikkulata.
X’attivitajiet oħra se jkunu qed isiru waqt dan l-avveniment?
Waqt din l-attività se jkun hemm diversi attrazzjonijiet fosthom is-sehem tal-baned tal-lokal, ħames stages b’artisti varji, żoni għat-tfal, Triq sħiħa b’artiġjanat Malti, fost ħafna affarijiet kulturali oħra.
Bla dubju, la hemm iċ-ċikkulata, il-pubbliku jrid iduq u jieħu xi tifkira d-dar miegħu. Se jkun possibbli dan?
Sintendi se jkun hemm ħafna affarijiet magħmulha miċ-ċikkulata li wieħed jista’ jixtri minn diversi pajjiżi madwar id-dinja.
Iċ-ċikkulata iffurmata f’diversi biċċiet t’arti, veru ma ddubx?
Iċ-ċikkulata li tintuża jkollha ċertu ingredjenti li jgħin biex din ma tinħallx bħaċ-ċikkulata normali.
Kemm jiehu hsieb event bhall dan?
Li tippjana event bħal dan mhux faċli. Għax għalkemm it-tema hija dejjem l-istess trid tkun pro-attiv li kull ħaġa li tagħmel, tkun ta’ spunt importanti li twassal lin-nies jiġu għal dan il-festival, li dejjem jiġbed lejh eluf kbar ta nies, kemm Maltin u kemm turisti.
Kemm tkunu ilkhom tipjanaw ghalih?
Il-preparamenti tista’ tgħid jibdew ftit wara li jkun għadda l-festival. Nibdew billi naraw x’ikun mar tajjeb u x’setgħa mar aħjar. Niltaqgħu mad-direttur artistiku tal-Festival biex nibdew nippjanaw il-pjan il-ġdid għas-sena ta’ wara.
U bhala team jekk trid isemmi xi nies feel free.
Il-Kunsill Lokali jixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li jgħinu biex dan il-festival ikun suċċess. B’mod speċjali lir-residenti, lill-business community, l-għaqdiet tal-Ħamrun u bosta individwi oħra li grazzi għalihom dan il-festival jiġbed lejh ammont kbir ta’ nies. Grazzi tmur lejn l-isponsors uffiċjali, li huma Benna, Attard & Co, Mac Bake, Primavera Caterers, u is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali.
Titilfuhiex. Illejla ‘Ħamrun Chocolate Festival’ fi Triq il-Kbira San Ġużepp u fit-toroq tal-madwar mis-18.00 ‘il quddiem.