Timmaginaw lil Louis Vuitton jiftah l-ewwel Forn Franċiż?

 Timmaginaw lil Louis Vuitton jiftah l-ewwel Forn Franċiż?

Nafu kif l-AI fis-sena li għaddiet kienet qed tirrivolużżjona d-dinja u qed tieħu b’salt kull industrija. Id-dinja diġitali qed tinbidel drastikament hekk kif ħafna nies qed jagħmlu l-użu tal-AI. Mudelli ta’ intelliġenza artifiċjali sabu triqthom fil-ħajja ta’ ħafna nies, kemm fix-xogħol u kif ukoll għall-gost. In-nies qed jagħmlu dan l-użu fuq il-post tax-xogħol, fil-kitba tal-kontenut tagħhom, fil-midja soċjali, ‘search engines’, fl-edukazzjoni u ħafna aktar. Għal xi żmien rajna miljuni ta’ nies ibiddlu r-ritratti tagħhom infushom b’verżjonijiet differenti iġġenerati mill-intelliġenza artifiċjali. Rajna ħafna nies kif ukoll dawk artisti li jtellgħu ritratti mill-aqwa fuq il-midja soċjali dwar kif id-dinja tista’ tidher f’għajnejn l-AI.

Wieħed minn dawn l-artisti tal-AI imsejjaħ ifonly.ai, itella’ diversi stampi differenti fuq il-pjattaforma ta’ ‘Instagram’ u waħda mill-‘post’ li ġibditilna għajnejna kienet dik ta’ Louis Vuitton jekk jiġi jiftaħ l-ewwel forn Franċiż tagħhom, kif ikun jidher fl-għajnejn tal-AI.

Agħti ħarsa lejn ir-ritratti li tpoġġew mingħand dan l-artist.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com