Fi ftit tal-ħin ieħor, toħroġ ix-xemx ta’ Diċembru

Maħbuba mill-Maltin u l-Għawdxin kollha, sfortunatament issib ħafna min isemmieha fil-batal, imma sforz kemm hu vizzju, għaliex fil-fond tal-qalb, inħobbuha; il-Kunċizzjoni.
Mumenti emozzjonali għal bosta raġunijiet; min għax Bormliż, min għax jiftakar fl-għeżież li ħallew din id-dinja imma fuq kollox, jibqa’ l-fatt, li għalkemm iż-żminijiet inbidlu, il-Madonna għandha post b’saħħtu f’qalbna.
Il-Kunċizzjoni ta’ Bormla tiġbed warajha eluf ta’ nies, saħansitra anke min ma jmurx għall-festa tradizzjonali, bħal-lum ilissen; “Il-Kunċizzjoni llum”.
Nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.