Ġej żmien l-influwenza … x’għandek tagħmel biex tipprevjeni?

 Ġej żmien l-influwenza … x’għandek tagħmel biex tipprevjeni?

Tibda toqrob ix-Xitwa u jibdew jiżdiedu l-irjiħat. Normali hux?! Dejjem nistgħu nieħdu ħsieb tagħna nfusna billi noqogħdu ftit attenti f’affarijiet sempliċi bħal ngħidu aħna; nilbsu sew u ma noħorġux bi lbies ehfef milli suppost f’temp xitwi, norqdu biżżejjed u nevitaw li nixxarba b’xi ħalba xita.

Għalkemm sa issa donnu s-sajf ma jridx iħallina, u dan bir-raġun, għax baqa’ s-sajf ta’ San Martin, minn żmien għall-ieħor nibdew nistennew li jaqleb. Almenu hekk nisperaw!

Niġu għall-punt; f’każ ta’ riħ jew biex nipprevjenu x’għandna nagħmlu?

  • Nixorbu l-ilma. Din tissemma’ l-iżjed fis-sajf. Imma l-ilma huwa tajjeb dejjem.
  • Nieħdu bukkuni sħan bħal sopop
  • Nistrieħu – ferm importanti.
  • Ma nissugrawx nużaw fannijiet u ac’s għax inħossu daqsxejn sħana.
  • Nużaw melħ biex niggargarizzaw
  • Nużaw ukoll sprays nażali tajbin.

J’Alla jkollhom żmien bla influwenza. F’każ hekk, intefa’ ara film u ħallieh iħabbat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com