Serie A Premier

 Serie A Premier

Il-kampjonati tal-futbol fl-Ewropa bħalissa għaddejin b’rimtu mgħaġġel u l-aktar kampjonati li aħna il-Maltin insegwu, dak tas-Serie A fl-Italja u Premier fl-Ingilterra sa issa lagħbu 10 logħbiet fejn il-klassifika bdiet tieħu il-forma tagħha.

Fl-Ingilterra din id-darba sa issa, jidher li hemm bilanċ u fl-ewwel 4 postijiet insibu 4 timijiet li bejnithom hemm biss 3 punti. B’sorpriża Tottenham jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika wara li ħafna ħasbu li bit-tluq ta’ Harry Kane dawn kienu ser jieħdu daqqa l-isfel. Warajhom eżatt żewġ punti taħthom insibu lil Arsenal u Manchester City filwaqt li Liverpool fir-raba’ post 3 punti taħt il-leaders u punt taħt tat-tieni u tielet post. Wieħed irid jistenna sa Jannar biex ikun jaf eżattament min ser ikunu l-isfidanti għar-rebh tal-Premiership pero jekk dawn it-timijiet jibqaw konsistenti żgur li ser ikollna kampjonat mill-isbaħ.

Mill-banda l-oħra fl-Italja erġajna morna għal isfida ta’ żmien ilu bejn it-3 clubs prinċipali fis-Serie A fejn fil-mument Inter jinsabu fl-ewwel post segwiti minn Juventus żewġ punti inqas u Milan fit-tielet post 3 punti taħt Inter. Għalkemm bħala skwadra Inter jidru l-aktar b’saħħithom wieħed ma jridx jinsa lil Juventus li fost il-ġimgħa ma għandhomx logħob fl-Ewropa u għalhekk jistgħu jikkonċentraw fuq il-kampjonat domestiku. L-istess bħall-Ingilterra wiħed irid jistenna li jasal ix-xahar ta’ Jannar biex ikollna stampa ċara imma kif qed juru l-affarijiet dawn it-3 clubs wisq probabli ser ikunu l-isfidanti għar-rebħ tas-Serie A ta’ dan l-istaġun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com