Il-bandiera Maltija
Il-Bajda u Ħamra nbusha, hekk tgħid waħda mill-aktar diski għal qalb il-Maltin. Il-bandiera Maltija bħal kull bandiera ta’ Nazzjon ieħor hija l-identità u simbolu tal-pajjiż madwar id-dinja. Jekk int sportiv, jekk int politiku qed tirrapreżenta lil Malta barra minn Malta, inti x’ int, jekk tinsab barra minn Malta tirrappreżenta lil pajjiżek, il-bandiera ħamra u bajda hija dik il-ħaġa li turi minn fejn int ġej u x’tirrapreżenta.
Iżda għandna problema waħda….is-salib tal-George Cross li kienu tawna l-Ingliżi bħala rigal fis-sena 1942 bħala ringrazzjament għall-qlubija tal-gżira fi żmien it-tieni gwerra dinjija. Dan is-salib kien ġie mpoġġi uffiċċjalment fil-bandiera Maltija sena wara, Diċembru 1943. Ħafna jaħsbu li dan is-salib m’ għandux ikun fuq il-bandiera Maltija għas-sempliċi raġuni li dan is-salib jirrapreżenta lir-Re tal-Ingilterra; li kienu okkupaw lil Malta għal diversi snin. Apparti hekk xi ħaġa li ftit qatt semgħu, hija li r-re, li dan is-salib jirrapreżenta, kien ta’ reliġjon protestant, fi ftit kliem ieħor tfisser li Malta kattolika appostolika fuq il-bandiera għandha salib li jirrapreżenta Re protestant li ħakimha.
Intom taqblu li għandu jitneħħa dan is-salib? X’taħsbu?