Min ma jħobbx imur Cruise?!
Żmien il-cruises huwa dejjem tista’ tgħid għaliex l-esperjenza tvarja sew fis-sajf u sew fix-xitwa. Hemm min jippreferi li jmur fix-xitwa minħabba l-maltemp u x’hemm isbaħ minn cruise min Malta għal Malta li huwa komdu għax kemm tinzel il-port il-Kbir tal-Belt Valletta, tagħmel check in u f’temp ta’ 20 minuta tkun fuq il vapur.
Tant tajjeb li malli tasal lura, tinżel min fuq il-vapur u tasal id-dar f’qasir żmien. Cruise huwa tajjeb ukoll għaliex m’hemmx limitu ta’ bagalji kemm wiehed jista’ jġorr. Vantaġġ ieħor huwa li inti tkun qed tivvjaga minn pajjiż għall-ieħor waqt li tkun rieqed u filgħodu tistenbaħ f’port ġdid.
L-aħjar żmien għall-Cruise dejjem jiddependi mid-destinazzjoni tal-vapur. Nieħdu eżempju; cruise fil-Mediterran, l-aħjar żmien għalih huwa bejn Mejju u Ottubru. Ġeneralment, minn Malta għal Malta, fejn id-destinazzjonijiet dejjem ikunu fil-Mediterran stess. Issib cruises lejn il-Punent tal-Mediterran fejn iżuru l-Italja, Spanja u Franza. Dawk tal-Lvant ġeneralment imorru lejn il-gżejjer Griegi jew it-Turkija. Imbagħad, Cruises oħra bħal Fjords, l-aħjar li wieħed imur huwa bejn Ġunju u Settembru.
Aħtfu dan iċ-ċans; jekk qatt ma pruvajtu, kapaċi tibdel fehmtek u tkun trid tibqa’ tmur.
Żuru s-sit ta’ SMS Mondial għal iktar informazzjoni. Ħudu gost!