Nitgħallmu naqtgħu x-xnigħat! Ma jagħmlu xejn ħlief ħsara
Xnigħat … kważi kważi anke l-kelma minnha nfisha hija kerha. x’nieħdu meta nxerrduhom? xejn ħlief iżjed intriċċi, inkwiet u perikli ġodda li jinħolqu bihom.
Irridu nidraw ngħidu ‘ma nafx’ meta mistoqsija fuq intriċċi li ħaddieħor ikun sema’. Kelma ta’ ġid jew pożittiva dejjem aħjar u tħalli iżjed frott.
Tiftakru meta konna żgħar konna nilgħabu ‘telephone’ l-iskola? Sakemm is-sentenza tasal għand l-aħħar student, il-verżjoni tkun inbidlet ta’ taħt fuq u dik fiha tagħlima; tagħlima li donnu mhux kulħadd jiftakar.
Sliem.