Tfal bullied u kemm dawk li huma bullies

 Tfal bullied u kemm dawk li huma bullies

Il-każi ta’ bullying min dejjem kienu u jibqgħu għal dejjem. Illum aktar min qatt qabel dawn il-każijiet jagħmlu aktar ħoss għax hawn iktar kuxjenza u permezz tal-medja soċjali, aħbar tiġri daqs l-ispeed tad-dawl. Meta dawn il-każi jkunu fuq tfal id-dispjaċir tagħna kollha ikun id-doppju għax it-tfal ma għandomx għalfejn jgħaddu min din it-trawma u biex ngħidu kollox lanqas l-adulti. Imma jekk forsi adult jaf kif għandu jiddefendi ruħu, tifel l-iskola jew fi spazji fejn ikun hemm tfal ikun f’sitwazzjoni vulnerabbli ħafna li taf tagħmillu ħsara għal ħajtu kollha.

Kemm aħna il-ġenituri qed nisqu u inzommu dixxiplina biex it-tfal tagħna ma jkunux bullies?

Kemm is-sistema edukattiva tagħna għanda meżżi biex tiddefendi lil dawn it-tfal? Għalxiex tifel ikun bully?

U permezz ta’ dan l-artiklu nixtiequ l-opinjoni tagħkom. Taħsbu li l-ġenituri għandhom tort li t-tfal tagħhom huma bullies? Għandhom jinżammu responsabbli tal-imġieba tat-tfal tagħhom? Tajjeb ngħidu li qed nitkellmu fuq tfal taħt is-16 il-sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com