Bħalissa waqt li ħafna qed jieklu l-ikla tal-Milied, oħrajn jinsabu waħedhom

 Bħalissa waqt li ħafna qed jieklu l-ikla tal-Milied, oħrajn jinsabu waħedhom

Bħalissa għaddejjin bosta ikliet u ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Min mal-familja, qrabat, ħbieb u maħbubin … iżda hemm nies li jinsabu waħedhom u mtaqqlin.

Din il-faxxa donnha dejjem tikber jew inkella, sar hawn iżjed għarfien dawrha. Min tilef lil xi ħadd, min jiftakar f’xi traġedji personali li jtaqqluh, min b’ħaġa u min b’oħra.

Tajjeb li niftakru f’xulxin. Telefonata hija l-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu. Messaġġ kapaċi jtella’ l-moral ta’ dak li jkun. Kompassjoni u rispett kapaċi jbiddel burdata. Inkunu ħienja ma’ xulxin.

Dawn huma l-iżjed rigali sbieħ nhar il-Milied.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com