Għaliex fl-ikla tal-Milied popolari d-Dunjan?

 Għaliex fl-ikla tal-Milied popolari d-Dunjan?

Tradizzjoni antika li saret ukoll clichè. Għax ngħiduha kif inhi, huma ħafna li ma jsajrux dundjan nhar il-Milied. Ħafna jirraġunaw, li f’dan il-jum insajjar xi ħaġa li nħobb la huwa jum tant sabiħ u speċjali.

Imma minn fejn ġejja din it-tradizzjoni? Tmur lura għal żmien ir-Re Henry VIII li kien iddeċieda li flok wiżż (goose) jagħmel dundjan għall-Milied. Din tkompliet mir-rejiet ta’ warajh fosthom minn Edward VII. Henry VIII kien pompuż u jħobb jixxala kemm fl-ikel u anke f’aspetti oħra fosthom is-sess.

Apparti d-dundjan, fuq il-mejda tal-Milied kien ikun hemm tiġieġ, frott, papri, majjal u ċinji.

Maż-żmien din it-tradizzjoni kompliet tintiret u sabet ruħha fil-films tal-Milied u anke fuq il-kartolini, kif ukoll fil-parati kbar popolari f’dan iż-żmien fl-Istati Uniti.

Inti x’sajjart illum?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com