Din is-sena Malta se tiċċelebra 50 sena Repubblika

 Din is-sena Malta se tiċċelebra 50 sena Repubblika

Anniversarju mill-isbaħ għal Malta u għalina l-poplu kollu. 50 sena minn meta Malta għoliet għall-istat ta’ Repubblika.

Jum ir-Repubblika jfakkar il-ġurnata fejn Malta rrevediet il-kostituzzjoni tagħha u effettivament saret Repubblika fit-13 ta’ Diċembru tas-sena 1974.

B’hekk Malta ma’ baqatx taħt ir-renju tar-reġina Eliżabetta II, u minflok inħatar l-ewwel President ta’ Malta Repubblika, Sir Anthony Mamo.

Għal nazzjon żgħir bħal Malta, dan kien pass storiku kbir ‘il quddiem li wassal biex pajjiżna qatt ma ħares lura u kompla jikber fil-kapaċitajiet tiegħu.

Wisq sabiħa l-istorja ta’ pajjiżna. Pajjiż żgħir bi storja rikka.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com