Id-denfil l-ewwel ktieb bi stejjer Maltin u poeżiji..

 Id-denfil l-ewwel ktieb bi stejjer Maltin u poeżiji..

U min huma dawk li fi tfulithom ma semgħux jew qatt ma qraw il-ktieb tad-denfil?

Dan jgħodd għal dawk kollha li għandhom ‘il fuq minn 25 sena, id-denfil kien ktieb tal-qari li bosta konna nitgħallmu kliem ħelwin marbuta mal-ħajja Maltija. Ħafna minnhom kienu stejjer soċjali biex nitgħallmu ngħinu lil xulxin u anke kien fih stejjer dwar l-ambjent u passatempi.

Min ma jiftakarx ‘il-bank taħt is-siġra’? Jew ‘qatt xi ġralu Toninu meta mar il-festa!’

Ħafna mill-istejjer kienu li naqraw kemm naqraw minnhom konna nieħdu gost u kien hemm dawk oħrajn li konna naqrawhom ta’ bilfors.

Il-kotba tad-Denfil bdew minn 1976, u kien l-aktar ktieb popolari fl-iskola. Dawn is-sett ta’ kotba kienu f’serje li jibqgħu telgħin sal-iskola tal-year 6.

Il-produttur turi studio ta’ animazzjoni, fejn issa ġie maħluq serje li qed jintwera fuq Youtube bl-istess missjoni bħala ġieħ għall-ktieb id-denfil.. b’dehra oħra ta’ vidjows marbuta ma’ stejjer relatati mal-ġranet tal-lum.

Liema hi l-aktar storja li għadkom tiftakru jew toħodkom lura fit-tfulija?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com