Għadek issib ħajjata?

 Għadek issib ħajjata?

Għadek issib ħajjata? Żmien ħelu u tal-imgħoddi fejn kull biċċa mill-ħwejjeġ li kont issib xi toqba jew iżżarrat, dlonk mill-ewwel kont issib ħajjata biex taqdik mil-koxxa.  Niftakar ukoll lin-nanniet iħitu u jagħmlu l-uniformijiet tal-iskola, il-proċess sħiħ mill-bidu sal-aħħar. Kienu jagħqdu l-biċċiet tal-flokkijiet, qlizet u dbielet u wara li jħitu bil-magni jew bl-idejn kienu jwaħħlu l-buttuni, l-inċirata u l-lakstu. Proċess li kien jieħu l-ħin iżda niftakar daqs li kieku kien ilbireaħ. Minjaf kemm-il darba kellna ħwejjeġ li kienu qed jitqattgħu u nagħtuhom lin-nanniet biex iħitu. Illum il-ġurnata sirna nixtru ħwejjeġ minn barra u mill-ħwienet tad-ditti. Ngħiduha kif inhi, il-ħwejjeġ tal-imgħoddi kienu jifilħu ħafna iktar ħasil għax l-użu tad-drapp kien iktar b’saħħtu u magħmul b’ċerta reqqa. Il-ħwejjeġ tal-lum issibhom bi drapp irqiq u kif iġġebdu naqra mill-ewwel titqatta l-ħjata. Ma saru jiswew xejn.

Taf lil xi ħadd li għadu jħit? Kellkom familjari li jafu u għadhom iħitu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com