Minn għada tibda r-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’

 Minn għada tibda r-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’

Minn għada tibda r-raba’ edizzjoni tal-inizjattiva ‘Rigal bi Mħabba’ hekk kif kien imħabbar minn Dr Lydia Abela. Din l-inizjattiva bdiet propju fl-2020 fejn kienet tant ta’ suċċess li llum il-ġurnata saret avveniment annwali li jiġi ċċelebrat minn mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin. Ir-rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja se jkunu jistgħu jibdew jitpoġġew mit-12 ta’ Diċembru ’il quddiem bil-qofol tal-inizjattiva tilħaq l-għeluq tagħha fil-21 ta’ Diċembru. Din tassew hija avveniment hekk speċjali, ir-rigali kolla li ser ikunu qedin jinġabru, ser imorru għal dawk it-tfal li l-familji tagħhom jew dawk li jieħdu ħsiebhom ma jistgħux jixtrulhom rigal fil-Milied.

Għall-ewwel darba l-Villaġġ tal-Milied se jkun imqassam fuq jumejn bejn l-20 u l-21 ta’ Diċembru. Fl-20 ta’ Diċembru se jittella’ kunċert mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u fi-21 ser ikun hemm ġurnata mimlija attivitajiet għall-familji.

Ejjew dan il-Milied naħsbu f’ ħaddieħor ukoll propju għal dawn it-tfal ħalli nferrħu lil kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com