Għall-aqwa prodott lokali bnin u frisk; Telstar Butcher

 Għall-aqwa prodott lokali bnin u frisk; Telstar Butcher

Jiena Clayton u għandi 40 sena. Dan ix-xogħol ilni fih għal dawn l-aħħar ħmistax –il sena. Trabbejt f’din is-sengħa għax kemm in-nanniet kif ukoll missieri kienu jrabbu l-bhejjem. Missieri għamel żmien jaħdem il-biċċerija kif ukoll għamel ħamsa u għoxrin sena bil-ħwienet tal-laħam. Ta’ tifel li kont, spiss kont immur miegħu u nispiċċa ngħinu. Tant kont nieħu gost li llum jien ukoll ħadt din is-sengħa. Għalkemm m’huwiex xogħol faċli jien ma nbiddlu ma xejn.

L-ispeċjalità tiegħi huma t-tiġieġ. Aħna nrabuwhom fil-farms tagħna stess.Wara trobbija ta’ 6 ġimgħat noħduhom ġo fabbrika fejn jinqatlu u fil-ħamsa ta’ filgħodu jkunu ppreżentati fil- bankjiet tagħna friski. B’ hekk nies jiġu jixtru u jfitxxuna għaliex il-prodott tagħna huwa frisk u ġenwin.

Nemmen li inti trid tkun preżenti fil-ħanut tiegħek għalhekk naspira li ‘l quddiem inkompli nkabbar forsi b’ideat ġodda u kreattivi. Dejjem kif jasal iż-żmien opportun.

Niftħu filgħodu mit-tnejn sas-sibt bejn il-5.30 u nofsinhar u mbagħad nhar ta’ tnejn, il-ħamis u l-ġimgħa niftħu filgħaxija bejn it-15.00 u s-19.00.

Telstar Butcher huwa l-għażla għalik. Prodott lokali bnin u frisk.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com