Il-Franġiskani tal-Belt Valletta jagħmlu ventartal b’San Franġisk biex ifakkru t-800 sena mill-ewwel presepju
Din is-sena qed ikun imfakkar l-ewwel presepju li sar minn San Franġisk t’Assisi lura fl-1223. Din il-prattika fid-djar u l-knejjes tmur lura għas-seklu 16.
Bla dubju, f’Malta u f’Għawdex din it-tradizzjoni bdiet, kibret u ħadet ix-xejra tagħha matul iż-żmien fejn għadha popolari sal-lum tant li anke rajna forom ta’ presepji moderni jsiru, bħal ngħidu aħna fil-ħobż, f’xi televiżjoni antik jew f’akkwarjums.
Fil-Knisja sabiħa ta’ San Franġisk fil-Belt Valletta ma naqsux milli jfakkru dan l-anniversarju importanti billi għamlu ventartal bl-imaġini tal-qaddis iqim lil Ġesù Bambin. Xi ġmiel.
Il-gwardjan tal-Knisja ta’ San Franġisk fil-Belt Kapitali Fra George Micallef, tenna li l-ispirtu tal-Milied għandu jilħaq l-għan tiegħu bl-ispirtu veru reliġjuż fosthom bit-tradizzjoni tal-presepju. Prosit tassew.