Il-Purċissjoni tal-Bambin

 Il-Purċissjoni tal-Bambin

Ninni la tibkix iżjed, ninni Ġesu Bambin…

Ilejla f’ħafna lokalitajiet f’Malta u Għawdex toħroġ il-purċissjoni popolari tal-bambin. F’ħafna lokalitajiet din il-purċissjoni tiġi organizzata mis-soċjeta’ tal-mużew u tkun akkumpanjata minn banda fejn ikantaw innijiet tradizzjonali Maltin tal-Milied.

Niftakar meta din kienet tkun l-okkażżjoni biex tfal jerfgħu statwa f’dan il-każ tal-bambin fejn is-soltu jiġu magħżulin dawk it-tfal li jkunu naqa twal u aktar b’ saħħithom mill-oħrajn. It-tfal l-oħrajn kienu jżommu xemgħat, fanali u standardi varji li jiġu akkumpanjati wkoll mill-ġenituri fil-ġenb tat-triq. X’gost u ferħ konna nħossu dawk iż-żminijiet, iċ-ċentri tal-mużew kienu jkunu ċentri ta’ attivita’ mill-isbaħ.

U hekk kif jidħol Ġesu’ Bambin, it-tfal kollha bi ħġarhom jistennew lis-soċji tal-mużew biex jibdew jirregalaw xi grotta jew presepju. X’nostalġija mill-isbaħ.

Inħeġġu lill-ġenituri biex jieħdu lit-tfal tagħhom għal din il-purċissjoni, il-ferħ veru tal-Milied.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com