Is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol

 Is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol

Kull fejn tmur tisma’ xi lment fuq kemm in-nies qed idumu u kemm għandhom stress fuq il-post tax-xogħol.. iżda nafu għala u minn fejn dan ġej?

Kulħadd għandu d-dritt għax-xogħol u l-ħaddiema kollha għandhom ikollhom id-dritt għal ambjent sikur u tajjeb għas-saħħa. Ix-xogħol jista’ jkun fattur pożittiv għas-saħħa mentali, iżda jista’ jikkontribwixxi wkoll biex is-saħħa mentali tmur għall-agħar.

Fatturi negattivi jiġu minn sigħat twal ix-xogħol, nuqqas ta’ riżorsi ta’ nies jaħdmu, nuqqas ta’ appoġġ, u fastidju fuq il-post tax-xogħol jistgħu jwasslu għal problemi ta’ saħħa mentali bħal ansjetà, dipressjoni u abbuż minn sustanzi. Sirna nisimgħu ta’ spiss li tmur fejn tmur sfortunatament tara nuqqas ta’ apprezzament jew tisma’ kritika biss u ma jtukx soluzzjoni, nuqqas ta’ management u struttura. Aktar ma jmur qisu dawn il-pedamenti fil-post tax-xogħol qed nitilfuhom!

Ġieli nzertajtu dawn l-affarijiet fix-xogħol tagħkom? Qatt tkellimtu mas-superjuri u ttranġaw l-affarijiet?

Ejjew nieħdu ħsieb lil xulxin u ngħinu kemm nistgħu ħalli hekk inkunu produttivi u nagħtu performa aħjar filwaqt li ngħinu lis-saħħa mentali tagħna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com