Kartolini bil-Malti jew bl-Ingliż?
Kartolini bil-Malti jew bl-Ingliż? Sirna naraw ħafna iktar kartolini dan l-aħħar miktubin bil-Malti flok bl-Ingliż. Ngħiduha kif inhi, tapprezzaha iktar kartolina bil-Malti għax nafu kemm il-lingwa Maltija qed tinqata’ iktar ma jmur. Tista’ tgħid, ħafna nies jixtru l-kartolini speċjalment għal żmien l-għeluq is-snin, fil-‘Valentines’ lill-maħbubin tagħna, fil-Milied biex nagħtu xewqat sbieħ u fost ħafna avvenimenti oħrajn. Kartolina minnha nfisha diġà għandha sinifikant speċjali u valur sentimentali, speċjalment meta l-persuna li tkun ħa ttihielek tikteb kelmtejn sbieħ fiha u ttelgħak is-sema. Hawn min li bil-kartolina jikteb messaġġ sabiħ fejn ħafna nies isibuha diffiċli jesprimu ruħhom bil-kliem iżda jsibuha faċli jiktbu.
Kartolina tista’ tgħożża għal dejjem u jekk intom iżżommu kull kartolina li qatt qlajtu, meta ssib ruħek li terġa taqrahom, tieħdok lura fil-memorji ta’ dak iż-żmien.
Jien żammejt kull kartolina li qatt irċivejt sa mit-tfulija, forsi dik hija biss vizzju stramb tiegħi, imma hemm xi ħaġa daqshekk speċjali dwarhom.
X’tippreferu, kartolina bil-Malti jew bl-Ingliż? Iżżommuhom il-kartolini?