Mudell ġdid tal-AI, ibassar il-ħin tal-mewt tiegħek
Id-dinja tat-teknoloġija dejjem tavanza u dawk li jahdmu fiha jgħidulek huma stess li hija industrija apparti li hija dominanti ħafna f’ kull tip ta’ business hija xi ħaġa li trid tibqa’ dejjem aġġornat fuqa. Qisu għal din l-aħħar sena, sentejn, l-AI ddomina ħafna f’din l-industrija u ħafna kumpaniji saru jdaħħlu developers biex ikunu jistgħu jilħqu ma’ din id-domanda, kif ukoll ma’ din l-era l-ġdida. Kull ħaġa u oħra fiha t-tajjeb u l-ħażin u hekk kif nistgħu ngħidu l-AI għenet ħafna kumpaniji u industriji f’sezzjonijiet differenti. Iżda bħal ma nafu, din fiha l-ħażin tagħha wkoll fejn naraw li hemm mudell ġdid tal-AI li qed jiġi ttrenjat biex ibassar bl-eżatt il-ħin tal-mewt tiegħek.
Bħala umani sirna li rridu nkunu nafu u nieħdu kontroll ta’ kollox, mhux inħallu l-affarijiet jiġru waħidhom, iżda rridu nkunu kapaċi nkunu nafu dak kollu li ħa jiġri. Aħbarijiet bħal din hija waħda li tqanqal ħafna mistoqsijiet għax magħha tista’ ġġib ħafna ansjetà u tħassib.
Inti kieku tkun trid tkun taf? u jekk issir taf, x’tagħmel?