Tafu x’kien ġara bħal-lum? X’offriet Malta lill-Istati Uniti?

Bħal-lum 19 ta’ Diċembru tal-1966, fi stqarrija fil-Kamra tad-Deputati l-Prim Ministru Dott Giorgio Borg Olivier ħabbar li l-Gvern Malti offra faċilitajiet f’Malta lill-qawwiet militari tal-Istati Uniti.
Din l-offerta kienet saret bil-kundizzjoni li dawn il-faċilitajiet jintużaw ukoll għad-difiża ta’ Malta. Is-Servizzi Amerikani kienu ngħataw faċilitajiet ta’ telekomunikazzjoni fuq l-Għolja tat-Torri l-Aħmar fl-Għadira.