Tkunu qed issuqu u xorta taraw in-nies jarmu ż-żibel mal-art?

Tkunu qed issuqu u xorta taraw in-nies jarmu ż-żibel mal-art? Jiena personali tiġrili spiss li nkun qed insuq u ninzerta ta’ quddiemi jarmu ż-żibel barra fit-triq. Żibel bħal ngħidu aħna xi flixkun tal-plastik jew anki ‘cans’ tal-luminata, apparti xi boroż u sigaretti. L-indafa fit-toroq trid tibda minnha nfusna, mhi xejn ħaġa sabiħa li għadek issib nies li jagħmlu dan il-att, speċjalment li nafu kemm għal dawn l-aħħar ftit snin, hemm ħafna kampanji jduru fuq l-użu mill-ġdid ta’ affarijiet u kif ukoll biex nirriċiklaw. Illum sirna nsibu ħafna iktar bins fil-lokalitajiet fejn nistgħu narmu kemm il-ħġieġ, metall, fejn nirriċiklaw, kif ukoll il-bins is-suwed. Ejjew għalhekk nieħdu ħsieb l-ambjent tagħna u ma nħamġux.
Taħsbu li għandu jkun hawn iktar bins miż-żgħar allokati mal-madwar?