6 frottiet u ħxejjex li n-nies jiżbaljaw li ma jaħslux qabel jieklu … Liema huma?
Ħafna drabi tkun tentazzjoni u anke tiġi naturali li ġaladarba frotta ma tkunx se tikolha bil-qoxra b’kollox, allura ma taħsilhiex. Ħażin. Ħafna mill-pestiċidi jkun infiltra ġewwa u huwa ferm importanti li xorta naħslu kollox; frott u ħaxix.
Kif għandek taħsel sew?
- laħlaq sew taħtl l-ilma u għorok bil-mod b’subgħajk
- Kompli laħlaq sew u anke żid il-pressa tal-ilma fejn hemm bżonn
- Imsaħ b’xi karta apposta (paper towel) jew xugaman/ċarruta
Nieħdu eżempju l-bettiegħ. Jekk ma naħsluhiex qabel nikluha, anke jekk din mhux se nikluha bil-qoxra b’kollox, inkunu qed nirriskjaw li l-batterja tinfiltra meta ndaħħlu s-sikkina fil-qoxra. Qatt ħsibtuha din?
Il-Ħass: Anke jekk se tgħallieh jew inkella taħmieh, importanti li taħslu. Il-batterja tkun veru żgħira u ma tidhirx ovvjament, tant li tidħol bejn il-weraq. Ħafna drabi dan niekluh nej. Ħafna mikrobi jidħlu ġo fina minħabba li spiss ma naħsluhx sew.
Il-Faqqiegħ: Jingħadd spiss li dan m’għandekx taħslu għaliex il-faqqiegħ jassorbi l-ilma. Dan m’huwhiex minnu. Il-faqqiegħ jassorbi veru ftit mill-ilma għaliex huma għandu 90 fil-mija tagħhom ilma minnhom infushom. Huwa importanti li naħsluh sew anke minħabba l-fatt li jikber direttament fuq il-ħamrija.
Il-Kaboċċi: Dan bħal ħass … irid jinħasel sew u iżjed u iżjed, qalb il-weraq tiegħu fejn jitrabbew insetti naturali u anke ħamrija jew trab. Billi nitfgħu kaboċċa taħt ilma nieżel ma jfissirx li nkunu qed naħsluh tajjeb. Kunu ċerti li ma tinsew qatt tagħmlu hekk, għaliex anke pestiċidi jinfiltraw u ma nkunux ħsilnieha sew.
Il-kiwi: Dan hemm min jieklu bil-qoxra b’kollox. U hija bnina mmens speċjalment min iħobb l-affarijiet qarsin. Mimlija vitamina Ċ u fibra. Jekk tħalli l-qoxra, huwa iżjed faċli wkoll biex taħsel il-frotta.
Ħwawar li nkabbru fid-dar: Eżempju tursin, klin, merqtux u oħrajn. Ma rridux naħsbu li għax dawn ġieli nkabbruhom aħna stess fid-djar tagħna, m’għandniex bżonn naħsluhom. Niżbaljaw ħafna jekk nagħmlu hekk. Il-ħxejjex minnhom infushom jattiraw batterji b’mod naturali apparti t-trabijiet li jaqgħu fuqhom li jkunu preżenti fid-djar.
Li naħslu l-frott u l-ħxejjex huwa importanti u kważi kważi bżonn daqskemm naħslu jdejna qabel nieklu. Tinsewx!