Bidel il-kulur tal-ġilda tiegħu fi blu!

 Bidel il-kulur tal-ġilda tiegħu fi blu!

Raġel darba inċidentalment bidel il-kulur tal-ġilda tiegħu b’mod permanenti għall-kulur blu. Jismu Paul Karason minn Bellingham f’Washington u l-istorja tmur lura għall-2008.

Karason spjega fuq il-programm Medical Mysteries li waqt li kien qed jipprova jirranġa xi kundizzjonijiet mediċi li kien qed jgħix bihom, inkluż dermatitis, beda jikkonsma chloride colloid kulur il-fidda u saħansitra beda japplika wkoll minnu fuq wiċċu.

Qal li din il-medikazzjoni ħadmet fuqu u fejqitu imma l-effett kien tal-biża’; bidlitlu l-kulur tal-ġilda f’kulur blu u jganġi lejn il-fidda.

Spjega kif qas kien induna imma kien ħabib tiegħu li ġibidlu l-attenzjoni.

Meta mistoqsi jerġax imur lura kieku jista’ biex kulur il-ġilda tiegħu ma tibqax kif inhi issa, Karason kien fisser li ma jaħsibx li jagħmilha anke minħabba li sar tant popolari wara li deher fix-xow televiżiva Today. Biss, li ma ħax pjaċir kien bil-laqam ta’ xi wħud; papa Smurf.

Sena wara, Karason jerġa’ jitkellem u jgħid li ħajtu sejra lura. Żviluppalu kanċer fil-prostata u kellu wkoll problemi fil-qalb. Tilef ukoll daru fl-2012 u kien sfurzat imur jgħix ġo xelter f’Bellingham.

Miet ta’ 62 sena wara attakk tal-qalb u anke puplesija fl-2013. Interessanti kif baqa’ juża dak il-kulur li semmejna fil-bidu sal-aħħar ta’ ħajtu.

Fl-Ingilterra, il-colloidal silver huwa awtorizzat biex jinbiegħ bħala prodott kożmetiku iżda mhux biex jintuża bħala mediċina jew prodott li jittiekel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com