Diġà nofs l-ewwel xahar tas-sena 2024! Kif itir!

 Diġà nofs l-ewwel xahar tas-sena 2024! Kif itir!

Tgħannieq u bews u allegria; “Is-Sena t-tajba lilkom” … hekk konna qed ngħidu u nawguraw lil xulxin ftit jiem ilu. Illum diġà ngħoddu 15 mix-xahar ta’ Jannar.

Iż-żmien itir u ma jistenna l-ħadd. Bħal-lum xahar ikun it-tieni jum tar-Randan, San Valentinu jkun għamel tiegħu u jum wara l-ieħor, il-jiem igerbu.

Jekk tħobb il-kunċett tal-ħin, din hija tfakkira biex tgħix il-mument u tgawdi li tista’ għax illum hawn u għada m’aħnhiex. B’mod pożittiv dejjem inħarsu ‘l quddiem.

Jeżistu frażijiet bil-Malti li jfakkruna ħafna fil-ħin, inkluż qwiel u idjomi għaliex il-ħin apparti li huwa importanti fil-ħajja tagħna, jurina li xejn mhu etern.

Hemm ukoll ħafna ħsibijiet marbuta mal-ħin fejn tingħadd il-frażi: “dak li kien ta’ nkwiet ilbieraħ, illum sar ma jfisser xejn”, jiġifieri toqgħodx tinkwieta żżejjed għaliex kollox jgħaddi. Nawgurawlkom jum mill-aqwa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com