Facebook qed jispijja fuqna? X’inhi l-verità?!

 Facebook qed jispijja fuqna? X’inhi l-verità?!

Il-kumpanija FACEBOOK tgħid li le. Tispjega kif din il-pjattaforma diġitali tiġbor l-informazzjoni minn dak li l-klijent jipprovdi kemm meta jikteb hu stess, jixxerja jew jillajkja bħala interess.

Spiss nisimgħu kif persuna tkun semmiet suġġett bħal safar f’xi post partikolari, xiri ta’ propjetà u dlonk tara riklami relatati fuq il-wall tagħha.

Għalkemm facebook targumenta li QATT MA TISMA‘ konversazzjonijiet, ma ssemmi qatt jew tiċħad li ma tittrekjakx.

Fil-fatt, facebook tgħid hi stess li tiġbor id-data dwarek, dwar dettalji personali nkluż ta’ pagamenti li tagħmel u iżjed. Hemm ukoll logħob u saħansitra dating apps li tista’ taċċessa minn facebook. B’hekk, inti tkun qed tagħti iżjed tagħrif dwarek lil din il-pjattaforma.

Ovvjament dan iseħħ bla ma nintebħu għaliex bla dubju, jekk titfa’ ritratt u titteggja fejn qed, ma’ min u x’jismu l-post … ħeqq diġà tajt ħafna informazzjoni le?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com