Game over! Tfajjel ta’ 13-il sena jikkraxxja Tetris

 Game over! Tfajjel ta’ 13-il sena jikkraxxja Tetris

Adoloxxenti minn Oklahoma jidher li huwa l-ewwel persuna li rebħet il-logħba famuża tat-Tetris.

Willie Gibson tefa’ filmat fuq YouTube li juri l-mument fejn il-logħba klassika, popolari u li issa għandha ftit żmien kemm ilha teżisti t-teknoloġija, tikkraxxja hekk kif laħaq il-livell 157.

Għandu 13-il sena u skont rapportaġġ fuq Sky News, intqal li hu stess qas ried jemmen … “Ma nistax inħoss is-swaba’, ma nistax inħoss idi … se jtini ħass ħażin”

Fuq YouTube għandu l-isem ta’ Blue Scuti u rnexxielu jikkraxxja l-logħba fi 38 minuta biss. Din qatt ma ġrat sa issa!

Il-logħba Tetris inħolqot mill-inġinier Alexey Pajitnov fl-1984. Bravu Willie.

Sors: Sky News

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com