Għadha ħajja l-ponsjetta tagħkom?
Il-fjura tal-Milied, Petali ħamranin b’weraq kbar ħadrani u fin. Min jaf kemm jitqassmu minnhom fi żmien il-Milied u kemm nixtru biex inżejnu d-djar tagħna.
Imma malli jgħaddu l-festi, narawhom imajnaw u jitwarrbu mal-ġenb.
Raġunijiet bażiċi huma; jew tisqija żejda jew nuqqas ta’ ilma. Il-ponsjetta mhix litteralment il-pjanta tal-Milied, allura la neħħejna t-tiżjin, armieha l’hemm. Tibqa’ pjanta u xi ħaġa ħajja. Nistgħu nieħdu ħsiebha u anke naraw tkompli tikber.
Il-Ponsjetta trid ambjent imdawwal u umduż u jekk tkun kapaċi u attent kif tieħu ħsiebha, tista’ tara riżultat fi żmienha fl-istaġun tal-festi li jmiss. Ftakar li jridu d-dawl. Tpoġġiehomx ħdejn heaters jew kurrent għaliex xejn ma jagħmlilhom tajjeb.
Neħħilha wkoll il-weraq niexef u tinkwetax li twaqqa’, għaliex hekk huwa n-natural tagħha.
Il-ponsjetta tiegħek għadha ħajja?