Jispjega esklussivament għal Stradarjali, il-Ministru Jonathan Attard

 Jispjega esklussivament għal Stradarjali, il-Ministru Jonathan Attard

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, f’intervista esklussiva għal Stradarjali.com tenna li din hija impressjoni żbaljata li qed jingħataw għal dawk iċ-ċifri għaliex m’hemm użu personali. Qal li dak huwa marbut m’ammonti indikattivi li se jwasslu biex meta għandek traffikar tad-droga, reati tad-droga, kienu u għadhom se jibqgħu l-istess, inkluż il-piena.

 Hawnhekk spjega kif hawn Malta l-piena għal traffikar tad-droga hija għomor il-ħabs, fil-massimu tagħha.

Spjega kif dawk huma ammonti indikattivi li se jiddeċiedu liema qorti se tiddeċiedi l-każ; jekk hux il-qorti tal-Maġistrati jew inkella l-qorti kriminali f’ġuri, u għandek l-aspett illi jekk għandek persuna quddiemek li wettaq reat imma għamel hekk għaliex għandu dipendenza mid-droga/ huwa drug addict li biex jiffinanzja l-vizzju tiegħu, wettaq dak ir-reat b’differenza minn traffikant tad-droga li jkun traffika d-droga għal skopijiet finanzjarji u hemmhekk, il-Ministru Attard ikompli jgħid li mhux qed ngħidu li ħa jkunu dawk iċ-ċifri li jiddeċiedu, imma dawk ħa jagħtu d-diskrezzjoni lill-Maġistrat illi jiddeċiedi li meta ffaċċjat b’każ ta’ persuna li tkun ittraffikat id-droga imma hija drug addict, hija vittma tal-pjaga tad-droga, ittieh il-fakultà lil dak il-maġistrat u l-ġudikant, li jirreferieh għall-bord tar-rijabilitazzjoni tad-droga biex dak il-persuna jkollu possibbiltà jaqbad it-triq tas-sewwa.

Wara dan, jekk kemm -il darba jissodisfa dan il-programm ta’ rijabilitazzjoni, irid imur lura quddiem dan il-bord li qed insemmu biex dan ikun sodisfat li ttieħdet id-deċiżjoni t-tajba.

Jiġifieri mhijiex kwistjoni ta’ użu personali jew bdilna l-ammonti ta’ użu personali. Xejn ma nbidel, inbidlu biss l-iskeda indikattiva bil-ħsieb aħħari li ngħinu aktar lil dawk li huma vittmi tad-droga; id-drug addicts, biex kemm jista’ jkun, tkun il-qorti tagħna li kemm jista’ jkun tgħin lil dawn in-nies”, temm jgħid il-Ministru Jonathan Attard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com