Għaliex huwa tajjeb li tixrob ftit ħalib kultant?

 Għaliex huwa tajjeb li tixrob ftit ħalib kultant?

Il-ħalib jissemma ħafna mas-suġġett tat-tfal fejn saħansitra f’Malta, fl-iskejjel kienu wkoll jagħtu tazza ħalib kuljum kull filgħodu lill-istudenti kollha.

Biex ikun iżjed attraenti, kienu ddaħħlu t-togħmiet differenti u min għandu ċerta età, ma jistax ma jiftakarx fis-sensation bil-kulru vivaċi.

Imma fil-verità, għaliex huwa tajjeb li nixorbu ftit ħalib?

Il-ħalib fih nutrijenti importanti bħal kalċjum, fosfru, vitamina D u proteini. Jissemma wkoll il-fatt li l-ħalib jgħin biex isaħħaħ l-għadam u anke jintuża kontra l-ħruq ta’ stonku kif semmejna f’artiklu li ktibna ftit żmien ilu. Dan minħabba li jinnewtralizza dak li jkollok fl-istonku.

Apparti dawn, jingħad ukoll li l-ħalib jirrilassak u anke jgħin biex il-ġilda tibqa’ sabiħa. Jgħin ukoll fis-sistema immunitarja u anke biex isaħħaħ ix-xagħar. Meta jkollok ukoll bżonn ta’ rkupru minn xi trattament, jingħad li l-ħalib jidħol ukoll bħala prodott li jgħin.

Madanakollu, bħal f’kollox, il-qies huwa importanti. Dak li nieħdu żejjed jinbidel f’xaħam u allura nenfasizzaw li nibbilanċjaw f’kull ma nitfgħu f’ġisimna. E bilħaqq, jgħidu wkoll li l-ħalib ibajjad is-snien. Intom xi tgħidu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com