Rajtuh il-film Society of the Snow? Storja li ġrat veru!

 Rajtuh il-film Society of the Snow? Storja li ġrat veru!

Film qawwi u li jżommok. Iva, storja li ġrat veru lura fl-1972. Għalkemm il-film innifsu fih xi avvenimenti fittizji, din il-ġrajja seħħet tassew. Dan ġara meta grupp ta’ tfajliet u ġuvintur telqu fuq vjaġġ; membri tat-tim tar-rugby tal-Urugwaj flimkien ma’ supportes u spiċċaw ikkraxxjaw bl-ajruplan fil-Muntanji Andes.

‌Il-linja tal-ajru kienet l-Uruguayan Air Force; titjira 571. B’kollox mietu 29 persuna. Għexu għal xaharejn u nofs sħaħ (72 jum) f’kesħa kbira, bla ikel u materjal ieħor biex jissaħħnu ħlief b’ta’ fuqhom senduqhom. Huwa mifhum li biex jgħixu, kellhom jesperjenza kannibaliżmu li tfisser li jieklu fdalijiet umani.

‌Jingħad li l-ajruplan ħabat mal-muntanji xi tliet darbiet. It-temp ma għenx imma jingħadd ukoll li saru żbalji mill-piloti li ma kellhomx daqstant esperjenza kbira.

‌B’kollox salvaw 16-il persuna. Din hija storja kbira u grazzi għal Netflix, qed terġa’ titfakkar. Arawh!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com