Għall-ewwel 10 t’ijiem ta’ Jannar se nkunu qed nagħtu premju lil dawk in-nies li jagħmlu differenza fil-komunità

 Għall-ewwel 10 t’ijiem ta’ Jannar se nkunu qed nagħtu premju lil dawk in-nies li jagħmlu differenza fil-komunità

Illum flimkien ma’ Enemed, Danusan marru jiġbru rigali mingħand Schere Complex biex jagħtuhom bħala premju lill-Forzi Armati ta’ Malta; il-qasam tal-Maritime Squadron b’apprezzament tas-servizz dedikat li jagħtu matul is-sena kollha.

F’isem l-Enemed, f’isem Danusan u f’isem il-poplu kollu, ġew ippreżentati dawn ir-rigali bi ħsieb sabiħ lil dawn il-membri tal-korp tant importanti f’pajjiżna u li jagħmlu xogħol siewi mmens.

Fil-fatt, il-qasam tal-Maritime jagħtu assistenza lil min ikollu diffikultà fuq il-baħar tant li huma speċjalizzati fuq search and rescue.

Ir-rigali kienu apprezzati u temmew bil-frażi ‘il-baħar żaqqu ratba imma rasu iebsa’ sabiex titqajjem kuxjenza u noqogħdu attenti dejjem.

Intom tistgħu tħallu kumment taħt il-filmat billi titteggjaw lil suldati li tafu jew persuni oħra li jagħtu servizz u hekk inkunu qed napprezzawhom.

Il-jum it-tajjeb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com