Imbassar ir-riħ u baħar qawwi fi tmiem il-ġimgħa

 Imbassar ir-riħ u baħar qawwi fi tmiem il-ġimgħa

Skont is-sit It-Temp Madwarna li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tar-rapport tat-temp, jidher li nhar is-Sibt li ġej 6 ta’ Jannar ser ikollna x-xita u ħalbiet iżolati l-Ħadd li ġej.

Il-kundizzjoni tal-baħar is-sibt ser ikun qawwi li jiżdied għal qawwi ħafna nhar il-Ħadd.

L-inqas temperatura fi tmiem il-ġimgħa ser tkun dik ta’ 12-il grad celsius.

Madanakollu xorta jidher li Jannar għadu mhux kiesaħ daqs kemm imdorrijin bih is-soltu. Tgħid ser ikollna kesħa din is-sena?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com