Għandek dritt ma tweġibx telefonati jekk int ma tiflaħx?

 Għandek dritt ma tweġibx telefonati jekk int ma tiflaħx?

Mela m’għandekx. Mela int tal-azzar jew?! Dawn id-drittijiet kienu ovvji qabel imma tant sirna addicts għal fejn irridu; biex nirbħu l-ħin, intellgħu x-xogħol, ikollna l-production, indaħħlu l-flus, eċċ, eċċ, li ma baqax rispetti. Ma baqax ħin u ħin, sar kollox ċappa waħda.

Qabel kont tasal id-dar u tgħid ‘għaddiet il-ġurnata’, illum biex ikollok xi telefonata taħraq dwar ix-xogħol f’xi l-10 ta’ billejl, hija normali. Qabel il-ħadd u l-festi kienu jiem ta’ mistrieħ … illum dawn saru jkunu ġieli mimlijin stress daqs il-jiem tax-xogħol …. qabel jekk ma tiflaħx, ma tiflaħx, illum anke jċemplu jċanfruk fuq xi ħaġa relatata max-xogħol, addio intix marid mejjet jew le …

DIN HIJA S-SAĦĦA MENTALI! Inutli nippruvaw naraw minn fejn ġejjin il-problemi llum u nikkumplikaw l-affarijiet …. mill-bażiku ġej kollox. Ma baqax ħin għal dak u ħin għalik …. sar kollox ċappa waħda.

Intom x’taħsbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com