Bħal-lum kienu biegħu lil Malta!

 Bħal-lum kienu biegħu lil Malta!

Kontu tafu li bħal-lum 20 ta’ Jannar kienu biegħu lil Malta? Propjament tawha b’ċens … Is-sena tmur lura għall-1420.

Ir-Re Alfonso ta’ Kastilja kien ta lil Malta b’ċens lil Don Antonio de Cardona għas-somma ta’ 30,000 fjorin. Din kienet il-munita ta’ dak iż-żmien. Sena wara, Malta marret għand Gonsalvo Monroy. Tiftakruha din l-istorja fid-Denfil?

Ir-Re kien għamel hekk għax kellu bżonn il-flus biex jiddefendi lil Sqallija kontra l-Ġenoviżi u meta għamel dan, kien nesa l-wegħda li għamel lill-Maltin ir-Re Martinu 1; li Malta ma terġa’ tinbiegħ qatt.

Alfonso kien ta lil Don Antonio l-fewdu ta’ Malta bit-titlu ta’ Gvernatur. Ir-Re Alfonso kien talab li-żewġ Viċi-Re ta’ Sqallija biex jgħarrfu lill-Maltin bit-trasferiment.

Mur agħmilha llum din kif iqum il-poplu e! Kienu żminijiet oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com