Għandhom addiction li jixorbu l-awrina tagħhom stess … temmnuha din?

 Għandhom addiction li jixorbu l-awrina tagħhom stess … temmnuha din?

Jgħidu li issa ilhom ma jixorbu l-ilma għal tul ta’ żmien, propjament għal snin twal, għaliex minflok, qed jixorbu l-awrina tagħhom stess. Jgħidu li jħossuhom iżjed nutrittivi milli li kieku jixorbu l-ilma. Kuljum jixorbu man-nofs gallun pipi. Il-mara qalet li r-riħa qisha ta’ popcorn bil-butir … L-omm tgħid li qas f’miljun sena ma stenniet li binha kien se jibda jixrob il-bewl tiegħu stess.

Jieħdu wkoll banju tal-awrina … tajjeb għas-saħħa qalu … imma mhux l-istess qallu missieru fuq il-mejda tal-ikel fejn xorob tazza awrina u qallu ‘b’xi ħaġa jrid jinżel il-burger’. Missieru xejn ma jidher li qed jieħu gost. Lanqas oħtu u anqas oħtu li qalet li dak li qed jagħmlu huwa ‘diżgustanti’.

Addiction stramba le?

Nick li għandu 25 jqis lilu nnifsu bħala entużjast għal dak li hu naturali fejn jiekol kollox naturali. Jgħid li saħansitra jorqod fl-art. Aubrey ta’ 29 sena min-naħa l-oħra tgħid li tuża make up mill-inqas possibbli ħlief f’xi okkażżjoni veru speċjali u anke timminimizza l-materjali li tilbes.

F’sena, jixorbu 200 gallun awrina flok ilma!

Aubrey ssejjaħlu ‘delicious u pretty sweet…’ u tgħid ukoll li tħossha vibranti u li saret tħobb iżjed lilha nnifisha u ħajjitha b’din l-azzjoni.

Nick qal li b’hekk iżomm hydrated u n-nutirjenti li jkun tefa’ ġo ġismu jibqgħu hemm, għax jerġa’ jixrobhom.

Jużaw ukoll l-awrina għal mal-ġilda u anke fejn ikollhom xi qata’. Bħala taqtir fl-għajnejn, max-xagħar u anke bħala mouth wash!!!. Oh my God!

Tafu kif bdiet din? Nick jirrakonta li kellu bħal panic attack u ħass is-sistema newroloġika tiegħu mhux f’posta … ċempel lil sieħbu għal soluzzjoni u għal iżjed minn darba rrepetielu li jrid jixrob l-awrina tiegħu. Hekk għamel u malli mess l-awrina ma’ lsienu ħassu jinħall u jistrieħ. Dan affaxxinah. Aubrey bdiet tixorb l-awrina xi 5 xhur qabel u għamlet kuntatt miegħu bil-midja soċjali fejn fl-ewwel laqgħa flimkien ġiethom naturali li jixorbu l-awrina … e bilħaqq, pruvaw anke ta’ xulxin.

Il-koppja tgħid ukoll li ma jimpurtaħhiex minn dak li jaħsbu fuqhom in-nies. Ħeqq ejja ngħiduha kif inhi … ġieli rajna films ta’ survival li jispiċċaw bla ilma u jkollhom jixorbu l-awrina tagħhom … nafu wkoll li jingħadd li meta tigdmek brama, trid tagħmel pipi fuqha, imma tixrobha? … naħseb xi ftit fatti jafu dawn it-tnejn. X’taħsbu intom? Ikollok tixorb l-awrina tiegħek tixrobha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com