Għandkom gadgets id-dar? Araw xi ġralha din il-mara..
Għandkom gadgets id-dar? Hawn min huwa fanatiku u kull gadget ġdid li joħroġ irid jixtrieh… Alexa li ħafna nies jafu biha ilha ħafna fis-suq u tista’ tgħid ilna nisimgħu b’ħafna stejjer fuqha din l-imbierka. Ħafna jsibuha ta’ użu u hemm min xtraha għall-gost. Għal min forsi mhux daqshekk familjara, Amazon Alexa jew kif jafuha ħafna Alexa hija teknoloġija assistent virtwali fejn dak kollu li tistaqsieha tista’ tgħid li twieġbek. Jekk hux temp, jekk hux fuq festi nazzjonali, jekk hux biex tissetja reminders jew alarms, Alexa tista’ tgħid tagħmel kollox.
Bħal kull ħaġa oħra fit-teknoloġija importantissimu li noqogħdu attenti kif nagħmlu użu minnhom. Mhux biss, irridu niftakru li fid-dinja tat-teknoloġija hawn ħafna security threats u hackers u għalhekk għandna bżonn noqogħdu attenti minn dawn l-affarijiet u hekk kien il-każ ta’ din il-mara fejn id-dar tagħha kellha lil Alexa. B’xi mod jew ieħor Alexa saret taf l-isem ta’ din il-mara mingħajr ħadd ma qallha u mhux hekk biss din il-mara saret taf, għax kull darba li kienet qed tistaqsi lil Alexa tagħmilla xi ħaġa kienet qed tirrispondieha lura b’isimha. Xokk kbir għax kieku jiena nieħu qatgħa! Imma din l-istorja ma tiqafx hawn… apparentament meta wasal weekend minnhom fejn il-mara kellha business trip, Alexa bdiet tagħmel konverżazzjoni mar-raġel tagħha mingħajr qas biss ma beda jkellimha! Il-mara hekk kif saret taf iddeċidiet li tneħħi lil Alexa minn darha.
Intom kieku x’tagħmlu?