Id-dagħa jbaxxik, tidgħix!
X’nostalġija! Tiftakruhom? Mingħajr ma nidħlu f’ħafna storja tagħhom, il-karozzi tal-linja l-antiki kienu esperjenza li tirkeb fuqhom.
Dik iċ-ċaqlieqa waqt il-vjaġġ kienet unika u bla ma rridu, min jiftakarhom, żgur li jaf x’qed ngħidu.
Kellhom ukoll dekorazzjonijiet mill-isbaħ kemm fid-disinn (tberfila) li kienu dettalji miżbugħin, kemm b’mod ġenerali, kif ukoll ta’ partijiet bħal l-indikaturi u l-filler caps.
Min ma jiftakarx l-ismijiet tal-qaddis padrun tar-raħal jew tar-reġina? U l-kliem miktub bħal: “Id-dagħa jbaxxik, tidgħix!” Iżjed lejna bdejna naraw b’mod modern: “I wish you twice what you wish for me” u oħrajn simili.
Kien ikollhom ukoll oġġetti oħra mdendlin speċjalment mat-tieqa ta’ quddiem bħal xi dada jew nagħla.
Bla dubju, in-numri u l-kuluri kienu wkoll il-kburija tan-nies; eżempju jekk mill-Mosta l-56, jekk min-Naxxar, il-55. Lejn l-aħħar snin, mill-kulur aħdar saru oranġjo imma qabel, kull lokal kien jingħaraf mill-kulur tiegħu.
Għidulna n-numri li tiftakru/kulur… Iktbulna hawn taħt.