Ideat kreattivi għall-ilma infuż

 Ideat kreattivi għall-ilma infuż

Hekk kif beda ġmielu l-mard u t-temp tal-ksieħ, biex inżommu sħan u anke biex ma nimirdux, qed induru għal drinks sħan bħal xi te jew kafè, xi tazza misħun bil-lumi jew għasel, u hemm min jieħu pjacir b xi tazza ilma u jżidilha xi frott, ġinġer jew ħaxix biex jagħtu iktar togħma u kif ukoll għall-benefiċċji li jistgħu dawn ituk.

Nafu kemm huwa ta’ importanza l-ilma mhux biss fis-sajf iżda wkoll fix-xitwa u għalhekk tajjeb li nibqgħu hydrated matul is-sena kolla. Hawn min jgħidlek “Jiena l-ilma ma nħobbux, iddejjaqni għax bla togħma” u veru, imma huwa importanti ħafna li nixorbu l-ilma hekk kif ngħinu l-ġilda ma tixxuttax u tkun iktar elastika, jagħti beneffiċċji ta’ nutrijenti liċ-ċelloli u jgħin biex tirregola t-temperatura tal-ġisem, jgħin fil-ġogi u l-organi u kif ukoll ineħħi batterji tossiċi.

Soluzzjoni hemm għal min ma tantx iħobb jixrob l-ilma, itfgħulu infuż bil-frott u l-ħaxix biex hekk ikun b’togħma aromatika. Tistgħu titfgħu frott taċ-ċitru bħal biċċiet tal-lumi, larinġ, frawli, ċirasa, għeneb, tronġa u ħafna aktar. Fost dawn tista’ wkoll titfa biċċiet tal-klin, ħjar, ġinġer, ħabaq u ħafna oħrajn.

Kif tagħmlu t-taħlita d-dar?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com