Il-Maltin razzisti? Jafu jkunu ta’ lsienhom ħażin?

 Il-Maltin razzisti? Jafu jkunu ta’ lsienhom ħażin?

Veru li f’pajjiżna sar hawn ħafna barranin, imma aħna ma sirnhiex immorru ngħixu barra wkoll?

Kif naslu ngħidu kummenti bħall- “Lanqas nimmagina lilna l-Maltin inkunu xi mkien ieħor u niċċelebraw xi festa tagħna hekk”… possibbli? Tinsew li l-Maltin jiċċelebraw il-festa tal-padruni fl-Awstralja?

Possibbli ninsew daqshekk jew forsi hawn min ma jafx?

Dan kollu nħoloq meta l-komunità Filippina f’Malta fakkret il-feta ta’ Santo Nino f’Wied il-Għajn.

Santo Nino huwa Ġesù Bambin. Jiġifieri ċċelebraw il-bambin li aħna nemmnu fih dawn, mhux xi kukkudrill jitkellem jew xi alla falz.

L-irritazzjoni tal-poplu Malti fuq il-midja soċjali f’dan il-kas, ġejja minn diversi fatturi. Għalkemm nemmnu li veru jkun hemm min iħoss li għandu jkun razzist, hemm min hu mxebba’ minħabba li f’Malta żdiedet il-popolazzjoni bil-barranin, allura ma jagħmlux distinzjoni bejn argument jew ieħor u fejn ikun hemm xeni ta’ barranin jgħixu f’Malta, jirribellaw jew inkella aħjar, jirvillaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com