Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard jiltaqa’ ma’ Clinton ta’ Tiktok

 Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard jiltaqa’ ma’ Clinton ta’ Tiktok

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonthan Attard talab li jiltaqa’ ma’ Clinton Camilleri ta’ Tiktok li fuq is-sit tagħna Stradarjali.com spjega mill-passat tiegħu, minn xhiex għaddietu l-addiction u x’qed jinkwetah attwalment.

Attard spjega li ried jiltaqa’ ma’ Clinton għal żewġ raġunijiet;

Għaliex inkwieta għax jaf li Clinton jitkellem fuq din il-pjaha soċjali u ġarrab huwa stess, u 2. Biex ma titwassalx informazzjoni żbaljata lill-pubbliku. Beda mit-tieni raġuni li ltaqa’ miegħu fejn qallu li din ir-riforma ma tbiddilx l-ammonti li jirrigwardaw l-użu personali; l-ammonti għall-użu personali baqgħu l-istess u bir-riforma se jibqgħu l-istess. Spjega kif dawn iċ-ċifri huma ċifri indikattivi li diġà jeżistu, sempliċiment qed jiġu aġġustati b’tali mod li naslu għal 2 affarijiet; li meta jitwettaq reat minn vittma tad-droga għax ikollu dipendenza fuq id-droga u dik tkun konvinta l-qorti li hekk ġara, u jekk il-qorti tkun moralment konvinta li jixtieq jirrijabilità ruħu għaliex ikollok nies li jirrifjutaw l-għajnuna.

Qal li “Il-Qorti tkun sodisfatta li għandha persuna quddiemha bil-vizzju tad-droga fuq numru ta’ kriterji; għandha l-element ta’ ġudizzju personali però fuq kollox hemm fil-liġi stess, jiġifieri f’dil-famuża skeda li qed nirreferu għaliha, tispeċifika u tikklassifika anke l-involviment tal-persuna fir-reat u l-liġi tagħna toħloq numru ta’ kriterji li ġudikant jeżaminaħhom meta jkollu persuna quddiemu, u flimkien ma’ istituzzjonijiet oħra li jgħinu, jasal għall-konklużjoni morali li dan huwa persuna vittma dipendenti mid-droga, għalhekk wettaq li wettaq. U, li għandu l-buona volonta li jirrijabilità ruħu. Jekk dan ma jissodisfax dik il-kundizzjoni, il-bord l-ieħor; dak tar-rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga ħa jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu u bir-riforma, illum il-bord jirrakomanda biss pożittiv jew negattiv. Fisser kif din hija konsultazzjoni pubblika biex tissaħħaħ is-sistema favur min ibati.

Il-Ministru qal li japprezza jisma’ l-esperjenzi fejn anke jista’ jkun tħalla xi ħaġa barra u li jew forsi mhux jarawha, u jaraha ħaddieħor. Enfasizza wkoll li mhux aċċettabbli li bniedem ikollu la 500 u lanqas 300 pillola ecstasy, għaliex dak huwa traffikar xorta. Il-Massimu ta’ użu personali huwa ta’ 2 pilloli ecstaty … mhux talli hekk, talli b’żewġ pilloli ecstatsy hawn Malta, jekk jaqbdek pulizija, xorta jieħu l-passi fil-konfront tiegħek.

Clinton spejga min-naħa tiegħu li meta kien junky ma kellux biex jixtri 200 gramma coke u kien imur ibiegħ għal ħaddieħor. Hawnhekk, il-Ministru Attard meta ntalab minn Clinton biex ifissirlu l-maximum personal use x’inhi, qallu li fil-liġi huwa 2 grammi.

Jekk jinqabad b’5 grammi, il-qorti fid-diskrezzjoni tagħha, tista’ tirreferik quddiem dan il-bord jekk inti turi verament u hi temmen li inti trid tirrijabilità ruħek.

Dan il-bord jiffolowja l-progress ta’ dak l-individiwu u jekk dan iżomm kelmtu, u jimxi ‘l quddiem, hemmhekk jiskansa li jerġa’ jmur lura l-qorti. F’każ li jkun fin-negattiv, iva jmur il-qorti.

Hawnhekk qamet diskussjoni bejn Clinton u l-Ministru fejn fehemu lil xulxin li min ibiegħ, għalkemm jiġi traffikar, ikun vittma ta’ droga dak il-ħin.

Li sar differenti f’din ir-riforma kien li: ikollok persuni li jkollhom iżjed minn reat wieħed, u possibbilment ikun hemm iżjed minn qorti waħda li rreferietu għall-qorti tad-droga. Issa bil-bord li nħoloq, dan jikkomunika mal-qrati kollha mar-reati li għandu dal-persuna.

Il-Ministru temm li hemm ħafna iżjed x’jiġi diskuss u hekk beħsiebu jagħmel imma kienet ħasra li kellek il-liġi fuq il-karta li żżomm lill-ġudikanti f’pajjiżna, li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna f’das-settur soċjali, milli jagħtu dik l-opportunità lil min irid jimxi ‘l quddiem.
Qal ukoll kif addict jista’ jkun l-aqwa ambaxxatur biex jgħin lill-addict ieħor u nkwieta, għaliex hu jrid li bil-ħidma li qed iwettaq jikkumplimenta l-ħidma li jwettqu nies bħal Clinton u mhux il-kontra.

“Min żbalja … kulħadd huwa suġġett għall-iżball, għandu jkollu l-opportunità jibni ħajtu mill-ġdid”, temm jgħid il-Ministru Jonathan Attard.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com