L-Awtiżmu … Inħobbuhom iżjed u mhux ngħidu fuqhom

 L-Awtiżmu … Inħobbuhom iżjed u mhux ngħidu fuqhom

Bħalma ftit ilu tkellimna dwar l-ADHD u rridu nagħmluha ċara, li bl-ebda mod ma ridna jew irridu nweġġgħu lil xi ħadd, anzi pjuttost biex nitgħallmu flimkien u naraw kif inxerdu t-tagħrif dwar l-aqwa għajnuna u rispett … illum ħsibna wkoll li nsemmu l-awtiżmu. Dejjem, biex nitgħallmu flimkien, speċjalment dawk li ma jafux xi tfisser.

Awtiżmu hija forma ta’ diżabbilità li tiżviluppa minħabba differenzi fil-moħħ. Mhux bilfors hija viżibbli din id-diżabbilità.

Sinjal ta’ tfal bl-awtiżmu huma:

  • ma jirrispondux meta tgħajjat isimhom
  • jevitaw il-kuntatt bl-għajn
  • ma jitbissmux meta titbissmilhom
  • jagħmlu d-dwejjaq meta ma tgħoġobhomx togħma, riħa jew ħoss
  • jagħmlu moviment ripetuti bl-idejn, bis-swaba jew iċaqilqu kontinwament ġisimhom
  • ma jitkellmux ħafna daqs tfal oħra

Ser nerġgħu nkunu ċari. Dawn huma fatti u qed niktbuhom biex nitgħallmu, MHUX BIEX nagħmlu distinzjoni bejn tfal jew oħra. Jekk ma nitgħallmux, ma nimxux flimkien aħjar u f’armonija.

Irridu nfakkru wkoll, li mhux bilfors li għax tfal jagħmlu xi wħud minn dawn is-sinjali msemmija, bilfors huma bl-awtiżmu. Fid-dinja hemm eluf ta’ stejjer f’każijiet differenti. Jiġifieri qed niktbu tagħrif li bla dubju, mhux bilfors għandek tinkwieta fuqu jekk qed tara similjanza.

Dejjem ħudu l-pariri professjonali mit-tobba tagħkom!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com