Il-Quċċija … għadha ssir?

Dari kienu jsiru iżjed attivitajiet familjari fil-mod tradizzjonali; sew jekk il-Milied, l-Għid u saħansitra anke dawk marbuta mat-tqala. Waħda minnhom kienet dik tal-Quċċija li kienet issir bil-għan li jiskopru jew ibassru x’futur ser ikollha t-tarbija tal-koppja.
Din għadha ssir sal-lum u għadha wkoll popolari ferm. Għalkemm in-nies jafu li mhux bilfors it-tbassir se jsir fatt, issib ħafna li jemmnu u jispiċċaw jirsistu biex it-tarbija tagħhom tilħaq f’karriera marbuta mal-oġġett li tkun qabdet.
Fil-fatt, fil-quċċija jitferxu bosta oġġetti fuq biċċa drapp fl-art imbagħad jitilqu lit-tarbija tiġri lejhom u liema oġġett taqbad l-ewwel, allura jingħad li hekk se ssir la tikber.
Eżempji:
- Stetoskopju – tabib/a
- Strument ġeometriku – perit
- Calculator – accountant
- Bibja – patri jew soru jew qassis
- Pinzell – artist/a
- Flus – bankier
- Għodda tal-kċina – chef
U l-lista tkompli. Din issir mal-ewwel sena tat-tarbija. Intom x’kontu qbadtu meta kontu ta’ sena?
Ritratt: Ohmymalta.com.mt