Jintefqu ħafna flus tant li xi nies jissalbu.
Ftit jiem biss ilu, qamet polemika għaliex l-Isqof t’Għawdex Monsinjur Anton Teuma appella lill-għarajjes u l-mistednin tagħhom sabiex ma jilbsux ilbies skullat fil-ġurnata tat-tieġ tagħhom, speċjalment waqt l-quddiesa. Huwa fakkar li l-Knisja hija d-dar tAlla imma dlonk, qala’ baraxx ta’ kritika li ‘dawk jara l-isoqf? Għax ma jarax l-abbużi li saru fil-passat?’, eċċ, eċċ
Minkejja li l-argument tal-aħħar huwa validu u kif, xorta waħda naħsbu li l-Isqof bħala l-Kap tal-Knisja; f’dan il-każ t’Għawdex, għaliex huwa l-Isoqf t’Għawdex, għandu dritt jgħaddi messaġġ ta’ direzzjoni għal dak li għandu jsir fil-knisja.
Bosta kienu dawk li qalu li dan kollux qżież żejjed, u li m’għadniex ngħixu fil-medju evu u rimarki oħra simili. Kien hemm oħrajn li qablu u qalu li morna l-baħar u tlifna l-valuri.
Irrimarka wkoll li l-fjuri fil-knisja suppost isiru biex jimmarkaw il-postijiet u mhux biex jiġbdu l-attenzjoni fuqhom huma tipo bil-wow effect. “Xi ġmiel ta’ fjuri għamlet l-għarusa, Alla jbierek!”
Intom taħsbu li l-Isqof Anton Teuma għandu raġun? Taħsbu li sirna nesaġeraw biex ikollna l-isbaħ, l-aqwa u l-aħjar tieġ; ibda mill-knisja u spiċċa bis-safra tal-honey moon? Meta ġieli jkun hemm anke min jissallab biex dan isir kollu perfett.
Taħsbu li għax ikollok tieġ kbir allura int l-aqwa u se jkollok żwieġ feliċi? U jekk ikollok wieħed bażiku, se tissepara qabel?