Għandek uġiegħ ta’ ras … trid tagħmel hekk … aqra

 Għandek uġiegħ ta’ ras … trid tagħmel hekk … aqra

L-uġiegħ ta’ ras hija komuni. Bil-kesħa, bl-istress, għax ġej xi riħ u mitt ħaġa oħra. Min qatt ma kellu uġiegħ ta’ ras?

Biex tnaqqas l-uġiegħ ta’ ras għandek:

  • ara li torqod biżżejjed u b’imħadda komda. Din hija importanti mmens għaliex fuqha sserraħ l-għonq li huwa konness ma’ rasek.
  • naqqas il-kafeina.
  • żomm hydrated – ixrob l-ilma
  • evita ħsibijiet kontinwi bla bżonn. Dak li hu ta’ nkwiet illum, għada ma jkun xejn
  • agħmel eżerċizzji bin-nifs. Jekk tfittex onlajn, issib eżempji t’għajnuna kif tagħmilhom
  • żid l-eżerċizzju
  • kul tajjeb

F’każ li tippersisti, kellem tabib u ħu parir professjonali. Nawgurawlkom l-aqwa saħħa għeżież segwaċi tagħna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com