Int lest tissallab biex ikollok arloġġ Rolex?
Donnu meta taqbad moda, warrbilha għax kulħadd isegwieha. F’dan il-każ, ir-Rolex ma sarx moda lbieraħ. Huwa arloġġ uniku bi stil partikolari, magħruf għall-kwalità tiegħu u l-preċiżjoni li biha sar. Il-prezzijiet tiegħu jvarjaw u kapaċi jitilgħu għal eluf kbar ta’ ewro.
L-iktar Rolex rari huwa Rolex Daytona “Paul Newman” li kien inbiegħ waqt auction għall-prezz ta’ $17 -il miljun fl-2017 u kiser kull rekord għall-iżjed arloġġ bi prezz għoli li nbiegħ. Newman kien attur, direttur tal-films u sewwieq tal-karozzi.
Jekk Rolex huwhiex arloġġ tajjeb jew le, donnu kulħadd jaqbel li huwa arloġġ prim imma hemm min isaqsi ‘għaliex dan l-għaġeb kollu?’ Hemm min isostni li l-prezzijiet tiegħu huma esaġerati u hemm min jaħseb mod ieħor. Oħrajn jenfasizzaw li Rolex huwa investiment u jekk illum tixtrieh bi prezz, għada kapaċi tbiegħu bi prezz għola.
L-arloġġi Rolex saru biċċa arti li jiġu kkollezzjonati … ovvjament hawn min qas wieħed ma jaffordja jkollu.
Imma lokalment, din it-trend ukoll daħlet sew. Tara ħafna nies ta’ età żgħira b’rolex … j’Alla l-ġid …. imma int lest tonfoq ġidek biex tgħid għandek rolex?