It-temp is-Sibt 6 ta’ Jannar

Lesti biex titgedsu? Araw x’hemm lest għalina għall-ewwel weekend tas-sena…
It-temp illum huwa msaħħab bir-riħ u ħalbiet tax-xita bir-ragħad fejn jista’ jkun bis-silġ f’xi waqtiet. It-temperatura l-ogħla tmiss 17 °C u l-inqas hija ta’ 14 °C. Viżibilità tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita.
Twissija ta’ riħ qawwi ħafna hekk kif minn Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 mistennija titla għal forza 8 gradwalment idur mill-Punent il-Lbiċ filgħaxija.