Taħseb li hija nota pożittiva u effettiva li tikteb fil-ġurnal tiegħek?

 Taħseb li hija nota pożittiva u effettiva li tikteb fil-ġurnal tiegħek?

Issib mod kif tieħu ħsieb tiegħek innifsek fiżikament u kemm mentalment mhi xejn ħazin anzi pjuttost xi ħaga importanti ħafna li tagħmel ta’ kuljum. Li ssib attività ta’ ‘self care’ fuq bażi ta’ kuljum m’hijiex faċli għax mhux dejjem insibu l-ħin, ċans u enerġija, imma waħda mill-affarijiet sempliċi li tista’ tagħmel u hija effetiva huwa li tibda tikteb fil-ġurnal tiegħek. L-att sempliċi li tiddeskrivi l-ħsibijiet tiegħek fuq karta huwa wieħed mill-aħjar modi kif tipproċessa s-sentimenti, tnaqqas l-istress, u ttejjeb is-saħħa mentali tiegħek.

Dan il-process m’għandux għalfejn jieħu aktar minn 15 il-minuta kuljum, hekk kif din il-kitba espressiva huwa mod ta’ kif tikteb esperjenzi tal-ħajja pożittivi jew negattivi aktar milli stejjer kreattivi. Din hija mod immirata biex tgħinek tipprova tifhem u tiffaċċja ġrajjiet diffiċli.

Waħda mil-mistoqsijiet li possibilment għandkom hija, ‘Kif ħa nibda’? Konsistenza hija s-soluzzjoni u tajjeb ukoll li ssib il-ħin u l-post ideali fejn ser tibda tikteb. Ħafna drabi n-nies isibuha iktar faċli jaqbdu jiktbu qabel ma jorqdu u hawn min jagħmilha l-ewwel ħaġa kif iqumu filgħodu għax ikollhom moħħhom iktar frisk. Kulħadd kif iħossu komdu, veru? Biex tibda tikteb m’hemmx għalfejn bilfors li jkollok f’mohhok il-punti tal-kitba x’ser tkun se tikteb, tista’ toqgħod bi kwietek u taħseb imbagħad tħalli l-kliem minn moħħok jirriflettu fil-kitba. Kitba mhux bilfors bil-pinna u fuq karta iżda tista’ wkoll tiktibha sempliċiment fuq il-mobajl jew kompjuter, l-aqwa li tkunu komdi. U ħaġa oħra, ġurnal ma jfissirx kitba jista’ wkoll ikun f’forma ta’ arti. L-aqwa li dak li tkun qed tagħmel fil-ħin liberu, jgħinek tirilassa u tkun mentalment aktar f’saħtek.

Intom iżżommu ġurnal? Tiktbu ta’ spiss?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com