Kif tirreaġixxi għall-provokazzjoni?
Mhix faċli daqs kemm wieħed jistenna. Il-provokazzjoni dejjem antipatka biex ma tirribattihiex lura.
Tiġi f’forom differenti; bil-kliem, bl-azzjoni, bil-ġesti … dawn huma mumenti li lilek kapaċi jirrabbjawk mhux ftit u bil-Malti pur ‘iġibuk żibel’ li kważi kważi jsir imposibbli li ma tirreaġixxix.
Importanti li f’mumenti hekk iżżomm kalm. Din hija prijorità f’dawn il-każi.
Għandek ukoll toqgħod lura milli tagħti lill-persuna li qed tipprovokak, dak li tkun tridek ittieha, biex imbagħad tużaha kontrik. Dan jista’ jfisser anke f’termini ta’ kliem. Il-kliem li forsi twieġeb bih, jista’ jintuża kontrik u jiddawwar.
Qatt tuża l-forza. Dik qatt ma tkun soluzzjoni. Anke jekk għandek raġun, tista’ tweġġa’ u l-konsegwenzi ma tafx kif se jkunu.
Prova wkoll oħroġ mis-sitwazzjoni u warrab mill-post/viċinanzi tal-persuni. Hemmhekk tkun tista’ tistrieħ u tipproċessa dak li ġara mingħajr ma tkun waqajt għal-lixka tal-persuna.
Fl-aħħar mill-aħħar, provokazzjoni qatt ma hi sabiħa. Żommu l-kalma, agħmlu ħbieb.